recipes
Quiche Lorraine with ricotta cheese and tomatoes
2011-11-11
Ingredients
For the pastry
- 250g plain flour
- 125g chilled butter
- Pinch of salt
- 2-3 tbsp water
For the filling
- 300g bacon or pancetta, diced
- 1 tbsp olive oil
- 1 onion, finely chopped
- 2 cloves garlic, chopped
- 3 sprigs fresh thyme
- 300g cherry tomatoes, halved
- fresh seasoning
- 200g grated Cheddar cheese
- 300g ricotta cheese (GALBANI)
- 3 eggs
- 300ml double cream (ELMLEA)
- You will also need a 25cm, loose bottomed flan tin
Method
Make up the pastry using the rubbing-in method and chill for 15 minutes. Remove the chilled pastry from the fridge and use to line the flan tin. Allow a little extra pastry to hang over the sides of the tin, and bake blind for 10 minutes at 200`c. Leave to cool before trimming the excess pastry off the edge of the flan case. Meanwhile, heat the oil in a large pan and fry the onion, garlic, bacon and thyme together for about 3 minutes till the onion is soft and the bacon is golden. Season to taste and remove the sprigs of thyme. In a bowl, mix the ricotta cheese till smooth and spread into the bottom of the baked pastry case. Sprinkle the grated Cheddar cheese over the ricotta, and then tip the cooked bacon mixture on top. Finally, mix together the eggs and double cream in a jug. Season well with salt and pepper, and pour all over the bacon. Bake in the oven at 180`c, for about 40 minutes.
our sponsors
Quiche Lorraine bl-irkotta u t-tadam
Ingredients
Għall-għaġina
- 250g dqiq plain
- 125g butir kiesaħ
- niskata melħ
- 2-3 mgħaref ilma
Għall-mili
- 300g bacon jew panċetta, f’dadi
- mgħarfa żejt taż-żebbuġa
- basla, imqattgħa rqiq
- 2 sinniet tewm, imqattgħin
- 3 biċċiet sagħtar frisk
- 300g tadam ċirasa, maqsum min-nofs
- ħwawar friski
- 200g ġobon cheddar maħkuk
- 300g irkotta (GALBANI)
- 3 bajdiet
- 300ml krema doppja (ELMLEA)
- għandek bżonn ukoll landa ta’ 25ċm bil-qiegħ jinqala’
Method
Lesti l-għaġina billi tagħġen l-ingredjenti flimkien b’idejk u kessaħha għal 15-il minuta. Oħroġha mill-friġġ u iksi l-qiegħ tal-landa biha. Ħalli ftit għaġina żejda mal-ġnub tal-landa. Aħmiha waħedha għal 10 minuti, f’temperatura ta’ 200oC. Ħalliha tiksaħ imbagħad neħħi l-għaġina żejda minn mal-ġnub. Wara saħħan iż-żejt f’taġen kbir u aqli l-basla, it-tewm, il-bacon u s-sagħtar flimkien għal 3 minuti sakemm il-basla tirtab u l-bacon jiħmar. Ħawwar kif tiggosta u neħħi l-biċċiet tas-sagħtar. Għaffeġ l-irkotta fi skutella sakemm tirtab u ifrixha fuq il-qiegħ tal-għaġina li tkun ħmejt. Ferrex il-ġobon cheddar maħkuk fuq l-irkotta, imbagħad itfa’ t-taħlita tal-bacon fuqu. Fl-aħħar, ħallat flimkien il-bajd u l-krema doppja u ħawwar bil-bżar u l-melħ. Itfa’ din it-taħlita fil-wiċċ. Sajjar fil-forn, f’temperatura ta’ 180oC, għal madwar 40 minuta.
recipe search
related recipes
Search randomly for similar recipes prepared by one of our chefs below. Most recipes include programme link at the bottom of the same page.
other recipes
Search randomly any recipe prepared by one of our chefs below. Most recipes include programme link at the bottom of the same page.