recipes
Rogan Josh lamb shanks with warm naan bread
2012-01-03
Ingredients
- pinch of saffron
- 2 tbsp vegetable oil
- 2 lamb shanks
- 1 cinnamon stick, crumbled
- 3 green cardamom pods
- 2 cloves
- 1 onion, finely chopped
- 1 clove garlic peeled and crushed
- 1 carrot, finely diced
- 1 piece root ginger, peeled and finely chopped
- 2 tbsp Rogan Josh spice paste (PATAKS)
- 2 tbsp tomato puree
- 400ml lamb stock
- 200g small new potatoes, scrubbed and halved.
- Fresh seasoning
- 1 tbsp chopped coriander
Method
Place the saffron in a small bowl and leave to soak in a little water. In a large pan, heat 1 tbsp of the oil, add the lamb shanks and cook for 6 – 8 minutes, turning until they are evenly browned. Remove the lamb shanks from the pan a put aside. Add the remaining oil to the pan and add in the cinnamon stick, cardamom pods and cloves. After one minute, add the chopped onions, garlic, ginger and diced carrot and cook over a medium heat until the onion has softened. Next, return the sealed lamb shanks to the pan, along with the lamb stock, the soaked saffron and liquid and the tomato puree. Season well with salt and pepper, cover the pan and gently simmer for about 45 minutes, stirring and turning the lamb a couple of times. Add the potatoes stir well and continue to cook for a further 30 minutes or until the lamb and potatoes are tender. Spoon off any excess oil that has risen to the surface and finally sprinkle over the chopped coriander. Serve the Rogan Josh lamb shanks in large serving plates with hot naan bread. Suggested accompanying wine: DELICATA Piazza Regina Red I.G.T. Maltese Islands
our sponsors
Koxox tal-ħaruf bir-Rogan Josh u l-ħobż naan sħun
Ingredients
- niskata żagħfran
- 2 mgħaref żejt veġetali
- 2 koxox tal-ħaruf
- bastun tal-kannella, imfarrak
- 3 cardamom pods ħodor
- 2 imsiemer tal-qronfol
- basla, imqattgħa rqiq
- sinna tewm, imqaxxra u mgħaffġa
- zunnarija, imqattgħa f’biċċiet żgħar
- biċċa għerq tal-ġinġer, imqaxxra u mqattgħa rqiq
- 2 mgħaref taħlita Rogan Josh spice (PATAKS)
- 2 mgħaref tadam magħsur
- 400ml stokk tal-ħaruf
- 200g patata ġdida żgħira, imnaddfa u maqsuma min-nofs
- ħwawar friski
- mgħarfa kosbor imqatta’
Method
Poġġi ż-żagħfran fi skutella żgħira bi ftit ilma u ħallih jixxarrab. F’taġen kbir, saħħan mgħarfa żejt, żid il-koxox tal-ħaruf u sajjar għal madwar 6-8 minuti. Dawwarhom kontinwament biex jiħmaru minn kull naħa. Neħħihom mit-taġen u warrabhom f’ġenb. Żid iż-żejt li jkun fadal u itfa’ l-bastun tal-kannella, il-cardamom pods u l-imsiemer tal-qronfol. Wara minuta, żid il-basal, it-tewm, il-ġinġer u z-zunnarija u sajjar fuq nar moderat, sakemm tirtab il-basla. Imbagħad, erġa’ itfa’ l-ħaruf fit-taġen, żid l-istokk, iż-żagħfran u l-likwidu ta’ miegħu u t-tadam magħsur. Ħawwar bil-bżar u l-melħ, għatti t-taġen u ħallih itektek għal 45 minuta. Dawwar il-biċċiet tal-ħaruf minn ħin għall-ieħor. Imbagħad żid il-patata, ħawwad tajjeb u kompli sajjar għal 30 minuta jew sakemm il-ħaruf u l-patata jkunu rtabu. Neħħi ż-żejt żejjed li jkun tela’ fil-wiċċ u fl-aħħar ferrex il-kosbor imqatta’. Servi l-koxox tal-ħaruf fi platti kbar mal-ħobż naan sħun.
L-inbid issuġġerit: DELICATA Pjazza Reġina Red I.Ġ.T. Maltese Islands
recipe search
related recipes
Search randomly for similar recipes prepared by one of our chefs below. Most recipes include programme link at the bottom of the same page.
other recipes
Search randomly any recipe prepared by one of our chefs below. Most recipes include programme link at the bottom of the same page.