recipes
Sausage toad in the hole with rosemary and onion gravy
Serves:
Ingredients
Method
Intellectual property. All Images, Videos and Website content are sole property of Aceline Entertainment Ltd and cannot be published, uploaded, copied, downloaded in full or part of without written permission from Aceline Entertainment Ltd.
our sponsors
print
email
watch video
View Maltese <img src="http://aceline.media/wp-content/uploads/2020/08/Flag_of_Malta.svg" alt="Italian Trulli" style="width:30px;">
ZALZETT BIL-KLIN U L-MUSTARDA U L-GRAVY TAL-BASAL AĦMAR
Ingredients
- 8 zalzettiet tal-majjal
- 8 biċċiet bacon taż-zaqq (streaky)
- 125g dqiq plain
- 2 bajdiet
- ħwawar friski
- mgħarfa mburġata klin imqatta’
- 2 mgħaref mustarda wholegrain
- 150ml ħalib
- 150ml ilma
Għall-gravy
- basla ħamra, imqattgħa roti rqaq
- kuċċarina żejt taż-żebbuġa
- 2 kuċċarini zokkor artab ismar
- dada tal-istokk taċ-ċanga
- 300ml ilma kiesaħ
- 100ml nbid aħmar
- mgħarfa Worcestershire sauce
- ħwawar friski
Method
Neħħi l-ġilda minn mal-bacon. Imbagħad dawwar biċċa bacon man-nofs ta’ kull zalzetta. Saħħan taġen u ixwi z-zalzett fih. Poġġi z-zalzett f’dixx tal-forn, imbagħad lesti t-taħlita għal miegħu. Itfa’ d-dqiq u l-bajd fi skutella u ħawwar tajjeb bil-bżar u l-melħ. Żid il-klin u l-mustarda u ħawwad sew b’ħabbata tal-ikel. Itfa’ l-ħalib ftit ftit sakemm ikollok taħlita ratba. Itfa’ din it-taħlita fid-dixx maz-zalzett u sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 220oC għal 30 minuta sakemm tiħmar. Sakemm id-dixx ikun qed isir, lesti l-gravy tal-basal aħmar. Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen u itfa’ l-basal u z-zokkor ismar. Sajjar fuq nar bati għal 12-il minuta sakemm jikkaramellizza. Dewweb id-dada tal-istokk taċ-ċanga fil-misħun. Żid l-inbid aħmar u l-Worcestershire sauce u itfa’ dan il-likwidu fit-taġen, mal-basal. Ħawwar bil-bżar u l-melħ u ħawwad sew. Kompli sajjar il-gravy fuq nar baxx għal madwar 5 minuti. Ħawwad il-ħin kollu sakemm jagħqad. Servi z-zalzett bil-klin u l-mustarda malli toħorġu mill-forn u agħmel il-gravy tal-basal aħmar fil-ġenb.
recipe search
related recipes
Search randomly for similar recipes prepared by one of our chefs below. Most recipes include programme link at the bottom of the same page.
other recipes
Search randomly any recipe prepared by one of our chefs below. Most recipes include programme link at the bottom of the same page.